Sunday, November 8, 2009

Eko-skola -Għaxart ifkieren jinħelsu fil-baħar wara li ddewwew

Iktar minn 200 student ħadu sehem fil-ħelsien ta’ għaxart ifkieren fil-bajja tal-Ġnejna kmieni t-Tlieta filgħodu. Dawn l-istudenti, li qed jipparteċipaw fil-programmi ambjentali tan-Nature Trust (Malta) EkoSkola u Young Reporters for the Environment, kellhom ix-xorti jaraw dawn il-kreaturi mill-viċin u jagħtu sehemhom fil-ħelsien tagħhom.

Dawn il-fkieren kienu qed jiġu rrijabilitati fiċ-Ċentru ta’ San Luċjan wara li sajjieda, NGOs, il-Forzi Armati ta’ Malta jew nies oħra ġabuhom għax kienu midruba. Il-fkieren kienu taħt l-assistenza medika ta’ Dr Anthony Gruppetta u taħt il-ħarsien kontinwu ta’ Charles Sammut, membru tal-istaff taċ-Ċentru ta’ San Luċjan. Voluntiera min-Nature Trust (Malta) jgħinu lis-sur Sammut fuq bażi regolari billi jdewwuhom, inaddfulhom u jitimgħuhom. Ħamsa minn dawn il-fkieren ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta – Sezzjoni Marittima - li jagħtu l-għajnuna tagħhom meta dawn il-fkieren ikollhom bżonn l-għajnuna fil-baħar.

Dr Gruppetta, direttur ta’ General Fisheries, kellem lill-folla mdaqqsa ta’ tfal u adulti li kienu fuq ix-xwiek biex jassistu għall-ħelsien tal-fkieren. “Illum ħlisna għaxart ifkieren oħra fl-abitat naturali tagħhom. Din is-sena ħlisna 21 fekruna,” qal Dr Gruppetta. “Kienet okkażjoni rari u speċjali għalikom għax inħelsu l-iżgħar u l-ikbar fekruna li qatt kellna fdati f’idejna minn meta bdejna dan il-programm ta’ rijabilitazzjoni,” issokta Dr Gruppetta.


L-iżgħar fekruna kienet tiżen biss 1.55 kilogramm. Min-naħa l-oħra, Spartacus, l-ikbar fekruna maskili, kienet tiżen 54 kilogramma u kellhom iġorruha 4 min-nies! Il-fekruna ilha San Lucjan minn Awwissu tas-sena 2008 u kellha bżonn 14-il xahar ta’ kura biex terġa’ tiġi fi stat tajjeb li tgħix għal rasha. Princess ilha taħt kura għal din l-aħħar sena waqt li Poseidon kellu bżonn 11-il xahar ta’ kura. Is-seba’ fkieren l-oħra ma kellhomx kumplikazzjonijiet serji u setgħu jinħelsu wara biss 3 xhur ta’ kura.

Sfortunatament mhux kull fekruna jkollha storja pożittiva. Ħafna jinqabdu fi xbieki tas-sajd mormija fil-baħar, jibilgħu boroż tal-plastik u affarijiet oħra u jaħbtu ma’ inġenji tal-baħar. Għaldaqstant ikollhom bżonn iktar kura u attenzjoni. Ftit mill-fkieren meħlusa dis-sena ġew operati biex jitneħħewlhom snanar u nylon mis-sistema diġestiva tagħhom.

Il-MEPA tixtieq tfakkar lill-pubbliku li min jara jew jiġi f’kuntatt ma’ fkieren midruba jista’ jċempel 2069 9595. Dan is-servizz ta’ emerġenza hu miftuħ 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa.
Fost ħafna entużjażmu, żewġ studenti minn kull skola preżenti ħelsu fekruna sakemm inħelsu l-għaxra li huma. Mill-iskola taghna intghazlu Nathanael Sacco, Kyle Dalli, Leanne Said u Neil Zerafa. Il-fkieren li helsu dawn it-tfal kien jisimhom Bill u Palomita. Nawgurawlhom il-vjaġġ it-tajjeb lura fl-abitat naturali tagħhom!






Kyle, Nathanael u Palomita l-fekruna



Neil u Leanne ma' Bill il-fekruna l-ohra




Leanne u Neil jerfghu lil Bill





Bill dalwaqt jiekol it-T shirt ta' Neil


Neil u Leanne jaraw lil Bill miexi lejn il-bahar


It-tfal inghataw basktijiet tad-drapp b'rikordju ta' din il-gurnata.

2 comments:

  1. Wow it is sooooooooo nice to have the opportunity to see how our children are spending their outings and also during the day.
    Thankyou once again!!!

    ReplyDelete
  2. Thanks for your feedback. Much appreciated.

    ReplyDelete