Saturday, December 5, 2009

Eko Skola - Ir-Raba Laqgha


Il-Hamis li ghadda, 3 ta Dicembru 2009, iltqajna fil-Music Room, flimkien mas-surmast taghna Mr Pace u Ms. Stellini l-link teacher biex niddiskutu xi punti dwar l-Eko skola.

Tkellimna fuq il-Green Flag Celebration, li se tkun ghada, 7 ta' Dicembru 2009. Is-surmast spjegalna kif se tkun imqassma l-gurnata. Se tkun gurnata mimlija daqs bajda. Nisperaw li jkollna temp sabih!!

Tkellimna wkoll kif se nheggu xi kumpaniji jew hwienet li hemm fir-rahal tax-Xghajra biex jissiehbu maghna u jaghtu kelma li jibzghu ghall-ambjent.

Neil, il-PRO, se jibda jiccekja l-arlogg tad-dawl darba f'gimgha biex b'hekk nkunu nistghu nqabblu ta' xahar shih u naraw kif nistghu ntejbu s-sitwazzjoni.

Il-Laqgha li jmiss tkun f'Jannar u flimkien se nahdmu fuq ic-checklist tal-Eko skola halli naraw fuq xiex irridu nirsistu.

No comments:

Post a Comment